Saturday, November 16, 2024

“Christmas in the City – ħsara jew ġid? Il-każi attivi qed jiżdiedu fid-dinja imma f’Malta huma kostanti”- il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-kwistjoni ta’ Christmas in the City tqajmet ukoll fil-Parlament. Id-Deputata Nazzjonalista Claudette Buttiġieġ semmiet artiklu li inkiteb minn tabib, dwar kemm tista’ tkun ta’ dannu Christmas in the City.

Il-Ministru Chris Fearne wieġeb għal dan billi qal li “jekk tħares lejn dak li qed jiġri madwar id-dinja u dak li qed jiġri f’Malta, jara li n-numri ta’ każi attivi qed jiżdiedu u dejjem telgħin. Kanada, Italja, Franza tara numri telgħin. F’Malta in-numri għalkemm huma ‘lfuq minn mija, dawn baqgħu kostanti. Aħna baqgħu fl-istess livell u dak in-numru żammejnieh kostanti u hekk nixtiequ li jibqa’. Hemm miżuri li ħadna u li qed jaħdmu. Nixtiequ li bil-mod il-mod jibqgħu neżlin u jisparixxu. Nafu li din se tiġri meta u jekk tiġi it-tilqima. Il-parir tiegħi hu li nibqgħu responsabbli u nsegwu l-miżuri.”

Ekonomija

Sport