Saturday, April 27, 2024

Christopher Guest More Jr estradit lejn ir-Renju Unit b’rabta ma’ qtil li seħħ fl-2003

Aqra wkoll

Nhar il-Ħadd 29 ta’ Marzu l-awtoritajiet Maltin kienu involuti f’operazzjoni li permezz tagħha Christopher Guest More Jr ittieħed mill-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin għall-ajruport internazzjonali ta’ Malta biex permezz ta’ titjira koordinata mill-awtoritajiet Ingliżi kien estradit lejn ir-Renju Unit.

L-awtoritajiet tar-Renju Unit bagħtu ajruplan Malta għal dan l-estradant li kien meqjus fost l-iktar persuna mfittxija fl-Ewropa u r-Renju Unit. Il-Pulizija Ta’ Malta arrestat lil Christopher Guest More Jr b’mandat ta’ arrest Ewropew fis-6 ta’ Ġunju 2019. Huwa tilef battalja legali ta’ xhur biex ma jintbagħatx lura pajjiżu.

More kien ġie arrestat f’Malta f’Ġunju li għadda b’konnessjoni mal-qtil ta’ Brian Waters fl-2003. Waters li kellu 44 sena kien ittrturat u msawwat quddiem iż-żewġ uliedu. Intant More llum mistenni li jitressaq quddiem il-Qorti ta’ Chester.

Il-ħidma tal-aħħar sigħat saret taħt sigurtà stretta bl-involviment tal-Pulizija, l-Aġenzija tas-Servizzi Korrettivi u il-Forzi Armati ta’ Malta. Tat is-sehem tagħha wkoll fil-kordinazzjoni l-Aviation Security Malta – AVSEC.

Sport