Thursday, November 14, 2024

Christopher Nkunku barra mit-Tazza tad-Dinja wara li sofra injury

Aqra wkoll

Christopher Nkunku se jitlef it-Tazza tad-Dinja wara li sofra injury waqt it-taħriġ. 

Bla dubju, din hija daqqa ta’ ħarta oħra għal Franza hekk kif qed jimmiraw li jżommu t-titlu mondjali li rebħu erba’ snin ilu. 

Huma diġà ffaċċjaw diversi players li se jitilfu dan it-tournament, fosthom, N’Golo Kante u Paul Pogba, hekk kif qed jikrupaw minn injury. 

Raphael Varane jinsab ukoll f’tellieqa kontra l-ħin biex ikun tajjeb għall-ftuħ tat-tournament tagħhom kontra l-Awstralja fit-22 ta’ Novembru.

Nkunku sofra din l-injury meta ħabat mal-midfielder ta’ Real Madrid Eduardo Camavinga bil-konsegwenza li weġġa’ siequ x-xellugija.

Stqarrija maħruġa mill-kamp Franċiż kienet tgħid li: “Wara li weġġa’ fit-taħriġ, Christopher Nkunku mhux se jkompli jipparteċipa fit-Tazza tad-Dinja. Il-grupp kollu jesprimi solidarjetá ma’ Christopher u jawguralu fejqan ta’ malajr.”

Ekonomija

Sport