Saturday, December 21, 2024

Ċiklist isofri ġrieħi gravi f’inċident tat-traffiku fil-Ħamrun

Aqra wkoll

Raġel kellu jittieħed b’emerġenza l-Isptar Mater Dei, wara li aktar kmieni għall-ħabta tat-8:00 a.m kien involut f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq Ħal Qormi il-Ħamrun..

Il-Pulizija tad-Distrett marru mill-ewwel fuq il-post u minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li seħħet ħabta bejn rota li kienet qed tinstaq minn raġel mill-Filippini ta’ 39 sena, residenti San Pawl il-Baħar u vettura tal-għamla Peugeot 3008, li kienet qed tintsaq minn raġel ta’ 39 sena residenti Ħal Tarxien.

Fil-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna u ambulanza ħadet liċ-ċiklist l-isptar għall-kura meħtieġa. Iktar tard, hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett.

Ekonomija

Sport