Thursday, April 25, 2024

L-akbar xirja fuq Amazon… il-White House tordna bi $13-il miljun f’termometri ħalli tkun tista’ tiftaħ wara l-lockdown

Aqra wkoll

L-Amerikani qegħdin jittamaw li jerġgħu jiftħu l-pajjiż fi żmien qasir u dan jidher li se jsir bl-għajnuna ta’ Amazon li mistennija twasslilhom konsenja importanti.  

Fil-fatt, Forbes żvela li waħda mill-akbar ordnijiet li qatt saru fuq Amazon se tkun dik mill-White House fejn talab biex jinxtraw termometri infrared bil-valur ta’ $12.8 miljun. Il-Gvern Amerikan qed jgħid li dawn se jintużaw fil-preparamenti biex l-Amerika tiftaħ wara l-pandemija li waqqfet il-pajjiż kollu. 

Skont Forbes, dan il-kuntratt ingħata minn wieħed mill-aġenziji Amerikani li qed jirrispondu għall-COVID-19, jiġifieri l-Federal Emergency Management Agency. Jidher li l-kuntratt juri li l-pagament sar lil Amazon wara ordni diretta mill-uffiċċju ta’ Trump. 

Sport