Thursday, March 28, 2024

RITRATTI GRAFIĊI: Uffiċjal tas-Sigurtà aggredita waqt il-qadi tad-dmirijietha l-isptar Monte Carmeli

Aqra wkoll

Uffiċjal tas-Sigurtà li għandha 59 sena ta’ sess femminili sfat ggredita waqt il-qadi taddmirijietha u dan wara li kienet skorta ma’ pazjenta ġiet trasferita mill-Isptar Mater Dei għall-Isptar Monte Carmeli.

Il-każ seħħ nhar il-Ħamis 7 ta’ Mejju għall-ħabta tal-5:15PM fil-bitħa tal-Isptar Monte Carmeli. Mill-informazzjoni li għandna rriżulta li malli x-xufier li kien qed isuq il-van ipparkja sabiex il-pazjenta tinżel u tiġi skortata mill-uffiċjali tas-sigurtà inkwistjoni, l-istess pazjenta imbuttat lill-uffiċjal tas-sigurtà eżatt malli kienet se tinżel mill-karozza bil-konsegwenza li ġiet għal wiċċa mal-art. B’xorti tajba dak il-ħin kien hemm żewġ Pulizija li minnufih taw l-ewwel għajnuna. Il-feriti li sofriet l-uffiċjal tas-sigurtà kienu ta’ natura gravi fosthom tbenġila f’idejha, gedduma u anke snin imkissra.

Tkellimna mas-Segretarju tat-taqsima Forzi Dixxplinati, Uffiċjali tas-Sigurtà u Infurzar talLiġi Theo Vella fejn saħaq li kien infurmat bil-każ ilbieraħ wara nofsinhar u minnufih ċempel lill-Uffiċjal tas-Sigurtà konċernata. Qalilna li l-uffiċjal inkwistjoni kienet muġugħa ħafna u apparti li wera s-solidarjetà tiegħu magħha fil-jiem li ġejjin se jimpenja ruħu biex jidħol f’diskussjonijiet mal-awtoritajiet u l-kumpanija li tagħti s-servizz ta’ sigurtà l-isptar Mater Dei. Dawn id-diskussjonijiet se jkollhom l-għan li jnaqqsu r-riskju li jerġa’ jseħħ dak li ġara f’dan il-każ.

Vella fakkar li l-uffiċjali tas-sigurtà mhumiex koperti b’polza tal-assikurazzjoni u fuq dan hemm bżonn impenn fuq livell nazzjonali. Qalilna iżda li lkumpanija inkwistjoni għandha fis-seħħ ftehim kollettiv mal-GWU fejn hemm welfare fund u l-kumpanija tassisti lill-ħaddiema impjegati tagħha f’ċirkostanzi relatati ma’ saħħa. Qalilna li l-kumpanija dejjem ikkoperat meta jkun hemm in-neċessità u m’għandix dubju li anke f’dan il-każ se tagħmel l-istess saħaq Vella.

L-uffiċjal sofriet ġrieħi ta’ natura gravi

Ekonomija

Sport