Friday, December 13, 2024

Ċiklist iweġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku f’Ħal Luqa

Aqra wkoll

Ingliż ta’ 34 sena residenti San Pawl il-Baħar weġġa’ gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku.

Dan seħħ ilbieraħ għall-ħabta tal-5.30p.m., fi Triq L-Ewwel Titjira, Ħal Luqa.

Il-Pulizija marret mill-ewwel fuq il-post u hemmhekk irriżulta li kien seħħ inċident bejn rota, li fuqha kien hemm l-Ingliż u Isuzu NPR, li kien qed jinstaq minn raġel ta’ 42 sena residenti Wied il-Għajn.

Iċ-ċiklist ingħata l-assistenza minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport