Friday, December 27, 2024

Ċiklist jeħlisha ħafif wara li ntlaqat minn vettura f’San Ġiljan

Aqra wkoll

Dan is-sit jinsab infurmat li raġel kellu jiddaħħal l-Isptar wara li aktar kmieni llum, għall-ħabta tat-7:45 a.m., kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq San Ġorġ, San Ġiljan.

Kelliem għall-Pulizija qal ma’ Talk.mt li ċiklist Kanadiż ta’ 49 sena u residenti Tas-Sliema ntlaqat minn vann Ford Transit misjuq minn raġel ta’ 66 sena mill-Mosta.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti liċ-ċiklist sakemm seta’ jittieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar kura permezz ta’ ambulanza li ssejħet fil-post. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li weġġa’ ħafif.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport