Raġel ta’ 37 sena weġġa’ gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku.
Dan seħħ ilbieraħ għall-ħabta tad-9.00p.m. fi Triq il-Mosta, San Pawl il-Baħar.
Minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li seħħet ħabta bejn rota, misjuqa mill-vittma u vettura VW Passat, misjuqa minn raġel ta’ 35 sena residenti Ħad-Dingli.
Iċ-ċiklist ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.