Thursday, September 26, 2024

Ċiklista bi ġrieħi gravi wara inċident tat-traffiku fin-Naxxar

Aqra wkoll

Ċiklista ta’22 sena residenti l-Iklin qed isoffri minn ġrieħi gravi waral i dalgħodu għall-ħabta tat-8:15 a.m kienet involuta f’inċident tat-traffiku fi Triq il-Kosta fin-Naxxar

Minn stħarriġ illi sar, irriżulta li seħħ inċident bejn rota, li fuqha kien hemm il-vittma, u trakk tat-tip Leyland Daf, li kien qed jinstaq minn raġel ta’ 67 sena residenti l-Mellieħa.

Il-vittma ngħatat l-assistenza minn tim mediku, ittieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Aktar kmieni: Żagħżugħa l-Isptar wara inċident tat-traffiku bejn rota u vettura

Żagħżugħa ta’ 22 sena residenti l-Iklin ttieħdet l-isptar Mater Dei għal iktar kura meħtieġa. Dan wara li dalgħodu għall-ħabta tat-8:15 a.m, kienet involut f’inċident tat-traffiku fi Triq Tul il-Kosta fin-Naxxar.

Minn informazzjoni li kiseb dan is-sit jirriżulta li l-vittma kienet qiegħda ssuq rota u li l-inċident seħħ bejn ir-rota u vettura.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-assistenza meħtieġa fuq il-post, sakemm din ittieħdet l-isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza.

Sa issa l-kundizzjoni tagħha għadha mhix magħrufa.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport