Thursday, October 3, 2024

“L-ebda mara m’għandha tinbidel f’kriminali għax tieħu ħsieb lilha nnifisha”- Voice For Choice – L-għażla tagħha 

Aqra wkoll

“Is-sena li għaddiet, 500 mara f’Malta għamlu l-għażla li jagħmlu abort. Ħadu pilloli u għaddew minn dan il-proċess id-dar. Meta għamlu dan, kisru l- liġi—bħalma għamlu 1,500 oħra f’dawn l- aħħar tmien snin. Dawn in-nisa aġixxew bil-moħbi, b’biża’ li jiġu ġġudikati. Oħrajn ivvjaġġaw barra, fejn ma kisru l-ebda liġi, iżda għadhom jgħixu fil-biża’ li jiżvelaw id-deċiżjoni tagħhom, anke lill-eqreb ħbieb u familja tagħhom”.

Dan qalitu l-Għaqda mhux Governattiva; ‘Voice For Choice-L-għażla tagħha’ fi stqarrija, fejn spjegat li xi wħud minn dawn in-nisa ma jridux li jaħbu iktar, anzi jridu li jaqsmu l-istejjer tagħhom, juru wiċċhom, u jitkellmu l-veritajiet mingħajr mistħija.

L-istess għaqda sostniet li ħadd ma għandu jibża’ jitkellem. Qalet ukoll; “L-ebda mara m’għandha tinbidel f’kriminali talli tieħu ħsiebha nfisha. Wasal iż-żmien li l-abort f’Malta jiġi dekriminalizzat”.

Qalu li dan huwa l-messaġġ li jixtiequ li jwasslu lill-politiċi. Fl-aħħar tal-messaġġ huma fakkru lill-pubbliku sabiex dan is-Sibt, 28 ta’ Settembru, fil-5pm jingħaqdu magħhom fi Pjazza Kastilja, f’mixja b’solidarjetà.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport