Aidan Buttigieg ta’ D Sports Lab u Marie Claire Aquilina tat-Team Greens reggħu rebħu wkoll it-tieni tiġrija tal-Kampjonat Nazzjonali tat-Time Trial. Aidan Buttigieg kompla jiddefendi t-titlu li huwa rebaħ l-istaġun l-ieħor fejn spiċċa ddomina fil-Kategorija Elite, filwaqt li l-istess għamlet Marie Claire Aquilina li rebħet il-Kategorija riservata għan-Nisa’, liema tiġrijiet saru nhar il-Ħadd 16 ta’ Ġunju 2024 fiċ-ċirkwit ta’ Fleur-de-Lys. Kull lap kienet ta’ 2.5km fejn l-Elite, l-Under 23, il-Masters, in-Nisa u l-Juniors għamlu 10 Laps, metri l-kategoriji l-oħra għamlu: l-Under 12’s (2 Lap), l-Under 14’s (4 Lap), l-Under 16’s (6 laps).
Aidan Buttigieg spiċċa l-ewwel fl-Elite meta temm it-tiġrija tiegħu f’ħin ta’ 34:16.52, vantaġġ ta’ żewġ minuti u 10 sekondi fuq John Camilleri ta’ B’Kara SJ (36:26.76). Fit-tielet post spiċċa Clive Bugeja ta’ Mosta CC (37:21.87). It-tiġrija tan-Nisa rriżultat f’waħda dominata minn ċiklisti tat-Team Greens, b’Marie Claire Aquilina tispiċċa l-ewwel f’ħin ta’ 41:20.35, vantaġġ ta’ 3 minuti u 11 il-sekonda fuq seħbitha Diana Muscat (44:32.24). Michelle Vella Wood wkoll tat-Team Greens spiċċat it-tielet (45:07.74).
Luke Borg ta’ The Cyclist-Agones rebaħ il-Kategorija Under 23 f’ħin ta’ 37:48.06. Warajh spiċċaw żewġ ċiklisti ta’ Mosta CC, Jacob Schembri (38:09.79) u Clyve Chetcuti (38: 48.88). Il-Kategorija Masters 40+ reġa ħareġ rebbieħ Luis Joaquin Rojas Guzman tat-Team Greens f’ħin ta’ 36:41.77. Warajh daħlu rispettivament Mark Zammit ta’ Mosta CC (38:28.32) u David Cushing ta’ B’kara St Joseph (40:49.94). Kevin Muscat ta’ Mosta CC minn naħa tiegħu rebaħ il-Kategorija Masters 50+ f’ħin ta’ 41:00.78 quddiem Joseph Caruana tat-Team Greens (46:26.91).
Ryan Gatt ta’ The Cyclist-Agones rebaħ il-Kategorija tal-Under 16 Maskili f’ħin ta’ 24:47.56. Zia Fuji ta’ Shamrock Stars rebħet il-Kategorija tal-Under 14 tat-Tfajliet meta għamlet l-erba’ dawriet tagħha f’ħin ta’ 18:17.69 quddiem Nina Debono wkoll ta’ Shamrock Stars (19:25.52) u Katie Vella Wood tat-Team Greens (20:32.38). Goben Gao ta’ Mosta CC rebaħ il-Kategorija tal-Under 14 Boys f’ħin ta’ 17:12.27 quddiem żewġ ċiklisti rispettivament ta’ Shamrock Stars, Liam Daly (17:17.48) u Jake Refalo (17:24.88). Ria Debono ta’ Shamrock Stars rebħet il-Kategorija tal-Under 12 tat-Tfajliet f’ħin ta’ 10:54.25 quddiem Amy St John ta’ Mosta CC (11:11.71) mentri Ethan Cumbo ta’ Mosta CC rebaħ il-Kategorija tal-Under 12 Boys f’ħin ta’ 09:02.89 quddiem sħabu Zacchery Vella (10:58.43) u Timothy Grech (11:00.56).
Wara t-tiġrijiet, iċ-ċiklisti rebbieħa kienu ppreżentati bil-medalji minn Joe Bajada, Segretarju Ġenerali tal-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu. It-tiġrija li jmiss ser tkun nhar il-Ħadd li ġej 23 ta’ Ġunju 2024, it-tielet waħda mill-istess Kampjonat Time Trial. Din ser tinżamm fil-Kwart ta’ Mil f’Ħal Far u li ser tibda bl-ewwel tiġrija tat-tfal fit-8:00am.
Ċikliżmu –
Aidan Buttigieg u Marie Claire Aquilina jerġgħu jirbħu l-kategoriji tal-kbar