Friday, December 27, 2024

Ċikliżmu – Kampjonat Nazzjonali tat-Time Trial 2024 Tielet u l-aħħar tiġrija

Aqra wkoll

Aidan Buttigieg ta’ D Sports Lab u Marie Claire Aquilina tat-Team Greens reggħu rebħu wkoll it-tielet u l-ahhar tiġrija  tal-Kampjonat Nazzjonali tat-Time Trial organizzat mill-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu, liema tiġrijiet saru nhar il-Ħadd 23 ta’ Ġunju 2024 fil-korsa tal-Kwart ta’ Mil f’Ħal Far.

Aidan Buttigieg kompla ghaddej bid-difiza tieghu tat-titlu li huwa rebaħ l-istaġun l-ieħor fejn rega spiċċa ddomina fil-Kategorija Elite, filwaqt li l-istess għamlet Marie Claire Aquilina fil-Kategorija riservata għan-Nisa’. Kull lap kienet ta’ 2km fejn l-Elite, l-Under 23, il-Masters, in-Nisa u l-Juniors għamlu 10 Laps, metri l-kategoriji l-oħra għamlu: l-Under 12’s (2 Lap), l-Under 14’s (4 Lap),  l-Under 16’s (6 laps) u l-Juniors (8 Laps).

Aidan Buttigieg spiċċa l-ewwel fl-Elite meta temm it-tiġrija tiegħu f’ħin ta’ 27:43.75, vantaġġ ta’ żewġ minuti u 8 sekondi fuq John Camilleri ta’ B’Kara SJ (29:18.07). Fit-tielet post spiċċa Daniel Briffa wkoll ta’ B’Kara SJ (29:51.76). It-tiġrija tan-Nisa rriżultat f’waħda dominata minn ċiklisti tat-Team Greens, b’Marie Claire Aquilina terga tispiċċa l-ewwel f’ħin ta’ 33:29.48, vantaġġ ta’ 3 minuti u 3 sekondi fuq seħbitha Michelle Vella Wood (36:33.14). Diana Muscat wkoll tat-Team Greens spiċċat it-tielet (37:11.63).

Jacob Schembri rebaħ il-Kategorija Under 23 f’ħin ta’ 29:59.66. Warajh spiċċaw rispettivament Luke Borg ta’ The Cyclist-Agones (30:03.84) u Clyve Chetcuti ta’ Mosta CC (31:01.02). Il-Kategorija Masters 40+ reġa ħareġ rebbieħ Luis Joaquin Rojas Guzman tat-Team Greens f’ħin ta’ 29:27.19. Warajh daħlu rispettivament Mark Zammit ta’ Mosta CC (30:52.66) u Liran Ben Ari ta’ The Cyclist-Agones (32:56.66). Stephen Grima ta’ D Sports Lab minn naħa tiegħu rebaħ il-Kategorija Masters 50+ f’ħin ta’ 35:30.33 quddiem Joseph Caruana tat-Team Greens (36:26.17).

Kai Azzopardi ta’ The Cyclist-Agones rebaħ il-Kategorija tal-Juniors f’ħin ta’ 27:06.27, quddiem Matthew Galea ta’ Gozo CC (40:47.32). Ryan Gatt ukoll ta’ The Cyclist-Agones rebaħ il-Kategorija tal-Under 16 Maskili f’ħin ta’ 34:43.86. Nina Debono ta’ Shamrock Stars rebħet il-Kategorija tal-Under 14 tat-Tfajliet meta għamlet l-erba’ dawriet tagħha f’ħin ta’ 15:29.26 quddiem zewg ciklisti tat-Team Greens Katie Vella Wood (16:51.34) u

Rihanna Hassan (21:02.84). Goben Gao ta’ Mosta CC rebaħ il-Kategorija tal-Under 14 Boys f’ħin ta’ 13:41.94 quddiem żewġ ċiklisti rispettivament ta’ Shamrock Stars, Liam Daly (13:46.66) u Jake Refalo (13:58.67). Amy St John ta’ Mosta CC rebħet il-Kategorija tal-Under 12 tat-Tfajliet f’ħin ta’ 08:56.49 quddiem Ria Debono ta’ Shamrock Stars (08:58.31) mentri Ethan Cumbo ta’ Mosta CC ukoll ghamel trippletta meta rebaħ il-Kategorija tal-Under 12 Boys f’ħin ta’ 07:19.21 quddiem Kruiven Farrugia ta’ Shamrock Stars (08:17.62) u Zacchery Vella ta’ Mosta CC (08:22.90).

Wara t-tiġrijiet, iċ-ċiklisti rebbieħa kienu ppreżentati bil-medalji minn Joe Bajada, Segretarju Ġenerali tal-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu. It-tiġrija li jmiss ser tkun nhar il-Ħadd 7 ta’ Lulju 2024, it-tielet waħda u l-ahhar wahda mill-Kampjonat tat-Triq. Din ser tinżamm fic-cirkwit ta’ Tax-Xhajma, n-Nadur, Ghawdex fejn ewwel tiġrija tat-tfal ser tibda fis-7:30am. 

Ekonomija

Sport