Wednesday, July 24, 2024

Euro 2024: L-Italja jikkwalifikaw b’goal fil-ħin miżjud

Aqra wkoll

KROAZJA…….. 1

ITALJA……….. 1

Goal fit-98 minuta ta’ Mattia Zaccagni poġġa lill-Italja fl-Aħħar 16 tal-Euro 2024 meta spiċċaw fi draw ta’ 1-1 kontra l-Kroazja hekk kif kisbu r-riżultat li kellhom bżonn. 

Fil-ħames minuta, il- goal­keeper Taljan, Gianluigi Donnarumma, wettaq save kbir fuq Luka Sucic li venven xutt minn barra l-kaxxa.

Fit-22 minuta, id-daqqa ta’ ras ta’ Mateo Retegui għad­diet tħakkek mal- wieqfa mill-cross ta’ Riccardo Calafiori.

Ħames minuti wara, kien il-goalkeeper Dominik Li­­­v­a­kovic, providenzjali għall- Kroati meta salva minn taħt il-lasti d-daqqa ta’ ras ta’ Alessandro Bastoni.

Iżda fil-31 minuta, kellu jkun Donnarumma li salva fuq Luka Modric li seta’ għamel xi forma ta’ ħsara.

Fil-51 minuta, il-Kroati ngħataw penalty meta x- xutt ta’ Andrej Kramaric ħabat ma’ id Davide Frattesi iżda mill-11-il metru Donnarumma laqa’ x-xutt ta’ LUKA MODRIC li mmira lejn ir-rokna tax-xibka.

Peró, żewġ minuti wara, l-istess player fetaħ l-iskor minn rebound meta xeħet il-ballun fis-saqaf tax-xibka.

Fis-86 minuta, l-Italja resqu ferm viċin li jiksbu d-draw iżda Gianluca Scamacca naqas li jagħmel kuntatt mal-ballun ħdejn il-linja fatali.

Fl-aħħar azzjoni tal-partita, Mattia Zaccagni xeħet lin-nazzjon Taljan f’del­lirju ta’ ferħ!

ALBANIJA…….. 0

SPANJA……….. 1

Minkejja li l-coach, Luis De La Fuente, għamel bosta bidliet fil-formazzjoni inizjali, Spanja xorta waħda kienu tajbin biżżejjed biex għelbu lill-Albanija bl-iskor ta’ 1-0 u rebħu l-grupp b’punti massimi. 

Kien Ferran Torres li fetaħ l-iskor għall-Ispanjoli, fis-17-il minuta meta daħal għal through pass ta’ Dani Olmo u b’xutt bid- dawra xeħet fix-xibka.

Minuta minn tmiem l- ewwel taqsima, l-Ispanjoli setgħu skorjaw it-tieni goal iżda minn żewġ metri bogħod Mikel Merino xeħet għoli.

Fl-45 minuta, il-goalkeeper Spanjol, David Ra­ya, wettaq save kbir fuq daq­qa ta’ ras ta’ Kristjan Asllani.

Fit-tieni taqsima, l-Ispanjoli kkontrollaw kull sitwazzjoni bla wisq tbatija.   

Ekonomija

Sport