Tuesday, December 24, 2024

Ċirku ta’ traffikar ta’ tfal fil-Ghana… ”fl-interess tal-ġenituri li ma jiċċappsux ma’ kriminalità terribbli”

Aqra wkoll

Ċirku ta’ traffikar ta’ trabi fil-Ghana, li f’xi każi allegatament kien hemm tobba, qwiebel u persuni oħra f’dipartimenti involuti,  wassal biex ħafna adozzjonijiet minn dan il-pajjiż twaqqfu. Dan ħalla għadd ta’ koppji fi stat inċert għall-aħħar. Malta ukoll kienet fost dawk li waqqfet l-adozzjonijiet, fejn minn informazzjoni li għandu dan is-sit hemm tmien koppji li kienu interessati u kienu bdew il-proċess biex jadottaw. Filfatt kienu anke tħejjew xi dokumenti xhur ilu. Sorsi li tkellmu magħna qalulna li “l-Gvern Malti ħa din id-deċiżjoni wara li kellu rapporti internazzjonali nkwetanti tal-abbuż mis-sistema dwar traffikar tat-trabi.”  L-istess sorsi qalulna li l-Gvern ingħata l-parir biex għalissa jitwaqqfu l-adozzjonijiet mill-Ghana bħal ma għamlu pajjiżi oħra.  Is-sorsi qalulna li “żgur li ma rridux li Malta tispiċċa  nintuża għat-traffikar u negozju tat-trabi. Żgur li lanqas il-ġenituri ma jkunu jridu jiċċappsu ma’ din il-kriminalita’ terribbli.”

Sorsi  oħra li tkellmu magħna qaluna li “nifhmu li hemm koppji Maltin li kienu bdew il-proċess u li dawn se jħossuhom dispjaċuti ħafna. Agħar min hekk qegħdin f’tensjoni għax m’hemmx ħjiel ta’ meta din l-adozzjoni għandha terġa’ tinfetaħ. Li nistgħu  ngħidu f’dan l-istadju hu dak li l-Gvern tal-Ghana permezz tal-awtoritajiet tal-adozzjoni tiegħu qed jaħdem biex din is-sitwazzjoni titranġa. Filfatt fl-aħħar jiem, saru spjegazzjonijiet dettaljati minn din l-awtorità biex l-adozzjonijiet u dawk interessati li jagħmluhom, jgħaddu minn proċess quddiem il-Qorti u jkunu approvati minnu”.

L-istess sorsi qalulna li fil-passat kellna stejjer ta’ adozzjonijiet li weħlu jew ta’ koppji li inqabdu f’pajjiżi barranin. “Din trawma li tibqa’ għal għomrok. Fil-Ghana kien hemm anke koppji li spiċċaw il-ħabs fuq akkużi ta’ traffikar għalkemm wara nħelsu”, sostnew l-istess sorsi. 

Il-mistoqsija hi meta se terġa’ tinfetaħ?

Mistoqsija li qed issir hi dik ta’ meta se terġa’ tinfetaħ l-adozzjoni mill-Ghana. Minn sorsi li tkellem magħhom talk.mt jidher għal din id-domanda m’hemmx tweġiba. L-awtoritajiet tal-adozzjoni f’Malta permezz tal-Awtorità għall-Adozzjonijiet qegħdin isegwu is-sitwazzjoni, għalkemm jidher li sa issa m’hemmx indikazzjoni pożittiva li din se tinfetaħ.

Sorsi qrib l-adozzjonijiet mill-Ghana, meta tkellmu ma’ talk.mt qalulna li “l-każi li seħħew fil-Ghana kienu serji ħafna. Hemmhekk kellek  fost oħrajn il-Kunsill Mediku li jiġbor fih it-tobba u anke l-Economic and Organized Crime Office (EOCO) i ħarġu dikjarazzjonijiet inkwetanti. Dan għax kellek l-involviment ta’ tobba, uffiċjali tas-sigurtà soċjali u individwi oħra bħal ġenituri, li spiċċaw involuti f’dak li hu bejgħ ta’ tfal.”

L-istess sorsi qaluna li “dan ma kienx qed isir biss ma’ xi aġenziji privati iżda ma’ faċilitajiet u dipartimenti li kellhom il-fiduċja tal-Gvern. Fost dawk involuti kien hemm sptarijiet”.

L-istess sorsi qalulna li wieħed irid jistenna biex jara it-tibdil li se jkunn qed iwettaq dan il-pajjiż biex  jittratta dan.

Il-każi ta’ traffikar

Fost il-każ ta’ traffikar li inqabdu kien hemm operazzjoni fejn zewġt itrabi inbiegħu lil investigaturi għal prezz ta’ madwar $5,000. F’dan il-każ kienu ġew arrestati 11-il suspettat fosthom żewġ tobba, erba’ infermieri, żewġ ommijiet, żewġ uffiċjali tas-sigurtà soċjali u qabla. Kien intqal li dawn allegatament kienu qed joperaw f’faċilitajiet tas-saħħa fil-kapitali tal-Ghana, Accra. u fil-belt ta’ Tema.

Kien issemma’ li l-awtoritajiet kienu qed jaħsbu li jista’ jkun li xi ommijiet qalulhom li t-trabi tagħhom kienu mietu mat-twelid, biex b’hekk setgħu jinbiegħu. Jidher li kien hemm oħrajn li bdew jiġu mħeġġa ibiegħuhom.

Ekonomija

Sport