Monday, December 23, 2024

Ċittadini Ukreni deportati r-Russja u sfurzati jaħdmu bla ħlas

Aqra wkoll

Ir-Russja l-Ħadd filgħaxija tat ultimatum lill-belt ta’ Mariupol sabiex ir-residenti jċedu l-armi. Dawk kollha li jċedu l-armi ngħataw il-kelma li se jkunu jistgħu joħorġu mill-belt illum stess.

Uħud mill-Membri Parlamentari sostnew li Moska ddeportat numru ta’ ċittadini Ukreni lejn ir-Russja sabiex jaħdmu mingħajr ħlas. Fosthom insibu lis-Segretarja għall-Affarijiet Barranin Liz Truss li fuq il-midja soċjali kkundannat l-atroċitajiet li qed isiru mir-Russi f’Mariupol, inkluż l-attakki fuq skejjel li kienu qed iservu ta’ kenn għar-residenti kif ukoll “Il-ħtif u d-deportazzjoni tal-Ukreni”. Truss saħqet ukoll illi Putin u l-amministrazzjoni tiegħu se jinżammu responsabbli għal dan l-aġir.

Il-Membru Parlamentari Ukrena Inna Sovsun, b’tisħiħ ma’ dak li qalet Truss, iddikjarat li skont informazzjoni li tħabbret mill-awtoritajiet ta’ Mariupol iċ-ċittadini Ukreni qed jiġu sfurzati biex jaħdmu bħala skjavi. Infatti, fi stqarrija mat-Times Radio, hija xebbhet ir-raġunament tar-Russi ma’ dak tan-Nażi. Dan hekk kif l-Ukreni qed jintbagħtu ġol-filtration camps, jiġu rilokati r-Russja u jkunu sfurzati jiffirmaw dokumenti fejn jintrabtu li se jaħdmu għal sentejn jew tliet snin f’post partikolari fir-Russja mingħajr ħlas.

Ekonomija

Sport