Monday, April 29, 2024

Clare Busuttil titlef il-battalja mal-kanċer

Aqra wkoll

Clare Busuttil, li minkejja li ħakmitha l-marda tal-kanċer, serqet il-qlub ta’ bosta Maltin u Għawdxin, bil-messaġġi pożittivi biex timmotiva lil ħaddieħor f’ħajtu, tilfet il-battalja tagħha illum. Hi kien għad għandha biss 43 sena u kienet ilha għal dawn l-aħħar tnax -il sena tikkumbatti mal-kanċer.

Fost dawk li sellmu l-memorji tagħha, kien hemm il-messaġġ tal-kantant lokali Ivan Grech, li ddiskreviha bħala mara li minkejja dawk it-tbatijiet kollha, kienet kuraġġuża, li kellha determinazzjoni u li baqgħat tissielet minkejja kollox.

Is-Sindku ta’ Ħaż-Żabbar Jorge Grech ukoll wassal messaġġ, billi ddeskrivieha bħala; “mara b’qalb ta’ deheb, kuraġġuża u minkejja kollox bqajt tissielet il-mard b’pożittivita’ u determinazzjoni kbira”.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport