Monday, April 29, 2024

Nhar il-Ħadd se ssir il-Parata Annwali tal-Iscouts u l-Girl Guides ta’ Malta

Aqra wkoll

Il-President il-ġdida l-Eċċelenza tagħha Myriam Spiteri Debono għal l-ewwel darba ser tkun qed tippresedi il-parata anwali ta’ l-iScouts u l-Girl Guides li se ssir nhar il-Ħadd 21 t‘April 2024. L-Eċċelenza tagħha ser tieħu is-salut ta’ mijiet ta’ beavers u d-dolphins, cubs u brownies, guides u scouts, ventures u rangers, rovers u senior rangers, flimkien mal-leaders u l-mascots tagħhom, li se jkunu qed jimmarċjaw bl-uniformi tul Triq ir-Repubblika.

Il-parata se tkun qed tiġi mmexxija mil-membri tad-distrett t’Għawdex li se jkunu qed jattendu quddiesa ta’ radd il-ħajr ġewwa l-knisja parrokjali tal-Furjana fid-9 ta’ filgħodu. Il- quddiesa se tiġi ċċelebrata mill-Eċċelenza tiegħu l-Isqof Joseph Galea Curmi. L-iScout Fellowship u d-distretti ta’ Tramuntana, n-Nofsinhar u Ċentrali se jkunu qed jimxu wara id-distrett t’Għawdex.

L-Eċċelenza tagħha il-President ser tkun qed tirċievi is-salut fuq dais quddiem il-Palazz Presidenzjali ġewwa l-pjazza ta’ San Gorġ.

Il-parata se tibda mill-junction tat-traffiku ħdejn il-Monument tal-Indipendenza u tgħaddi minn quddiem il-lukanda Phoenicia. Il-gruppi mbagħad ikomplu jimmarċjaw madwar il- Funtana tat-Tritoni bħallikieku sejrin lejn il-Valletta Football Ground.

Imbagħad il-parata iddur fuq il-lemin permezz tar-rampa bejn il-pjanti biex tidħol f’Bieb il-Belt Valletta u timxi ‘l isfel minn Triq ir-Repubblika lejn il-Palazz Presidenzjali, fejn l-Eċċellenza Tagħha il-President tieħu s-salut. Malli jgħaddu minn Pjazza San Ġorġ, il-gruppi jduru fuq il-lemin fi Triq l-Arċisqof u mbagħad jduru għal triq il-Merkanti.

Il-parata tispiċċa quddiem il-Berġa ta’ Kastilja u ż-żona qrib il-Kavallier ta’ San Ġakbu.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport