Sunday, April 28, 2024

Clayton Failla jsalva lil Mosta kontra Sta Lucia

Aqra wkoll

Mosta …….….1

Sta Lucia……1

Goal ħames minuti fil-ħin miżjud ta punt prezzjuż lil Mosta waqt li ċaħħad lil Santa Lucia minn rebħa importanti hekk kif il-konfront ta’ bejniethom spiċċa bl-is­kor ta’ 1-1.

Dan ir-riżultat iħalli lil Mostin żewġ punti fuq l-is­tess Santa Lucia u ħamsa fuq Balzan li jinsabu t-tieni mill-aħħar meta kull team baqagħlu jilgħab żewġ logħbiet għat-tmiem.

Santa Lucia gawdew l- iniz­jattiva sa mill-bidu nett  tal-logħba u fid-disa’ minuta, minn free-kick ta’ Zerafa,  id-daqqa ta’ ras ta’ Soares laqtet ix-xibka minn barra.

Fit-13-il minuta, Vito Plut kellu xutt minn tarf il-kaxxa li għadda ftit barra u minuta wara minn cross ta’ Dexter Xuereb, Plut reġa’ falla bi ftit.

Fis-17-il minuta, Gian­marco Conti approfitta ruħu minn clearance qasira ta’ Nathan Agius u dar miegħu qabel impenja lill-goalkeeper Ini Akpan b’xutt fil-baxx.

Tliet minuti wara minn cross ta’ Davidy Valpoort, Plut ikkontrolla b’diffikultá qabel għadda l-ballun lejn Conti li dar ma’ difensur qabel ikkonkluda fil-baxx bil- ballun jiġi mblukkat mid-difiża.

Fis-27 minuta, Santa Lu­cia rnexxielhom jiftħu l-iskor meta Prestes Filho għadda l-ballun lejn GIANMARCO CONTI li kellu l-konklużjoni devjata biex għeleb lil Akpan.

Ir-risposta Mostija ma damitx ma waslet u fit-32 minuta, Ememe niżżel il-ballun lil Agius li kellu xutt ta­jjeb minn tarf il-kaxxa li laqat il-wieqfa.

Ezatt qabel tmiem l-ewwel taqsima, Valpoort temm az­zjoni personali b’xutt minn tarf il-kaxxa li ġie mdawwar f’corner bi bravura minn Akpan.

Fit-tieni taqsima, Mosta ħarġu jfittxu l-goal tad-draw u wara li kellhom xi konklużjonijiet żbaljati, fl-64 minuta, minn free-kick ta’ Clayton Failla, Rafael Morisco kkontrolla tajjeb iżda x-xutt angolat tiegħu falla l-mira bi ftit.

Erba’ minuti wara, Christ Ememe għadda l-ballun lejn Geoffrey Acheampong li kellu xutt tajjeb minn barra l-kaxxa salvat mill-goalkeeper Justin Haber. 

B’Santa Lucia kienu jid­hru resqin lejn rebħa, CLAYTON FAILLA ħasibha mod ieħor hekk kif, ħames minuti fuq il-ħin miżjud, venven free­kick mill-isbaħ li ra l-ballun jolqot il-lasti darbtejn qabel jispiċċa fix-xibka.

MOSTA: 12-Ini Etim Akpan, 7-William Donkin (77-Zachary Brincat 63’), 8-Christ Ememe (9-Michael Mifsud 73’), 11-Geoffrey Acheampong, 13-Clayton Failla, 15-Jake Vassallo, 20-Boubakary Diarra, 21-Nathan Agius (27-Youri Loen 78’), 34-Rafael Morisco, 88-Sunday Akinbule, 98-Jonas Rodriguez Ekani  – Coach: Joseph Grech

STA LUCIA: 16-Justin Haber, 4-Andre Prates, 5-Jurgen Pisani, 7-Gianmarco Conti, 8-Emerson Camilleri (10-Alan da Silva Souza 69’), 9-Vito Plut (2-Matthias Vella 90’), 11-Meghon Valpoort (14-Jan Tanti 81’), 17-Victor Luiz Prestes Filho, 22-Jamie Zerafa, 23-Dexter Xuereb, 29-Lorenzo Yoel Soares Fonseca  – Coach: Giovanni Te­desco

REFEREE: Fyodor Zammit

ASS. REFEREES: Edward Spiteri, Thomas Debono

RABA’ UFF: Andrea Sciriha

SKORERS: G. Conti 27 (SL);  C. Failla 95 (M) 

AMMONITI:  J. Pisani, E. Camilleri, J. Zerafa, A. Souza, A. Prates (SL); C. Failla, J. Ekani, I. Akpan (M)

Sport