Thursday, July 10, 2025

Clayton Failla jsellem lil Mosta FC

Aqra wkoll

Il-player veteran Clayton Failla ħabbar fuq il-mezzi soċjali li se jkun qed iħalli lil Mosta FC u sellem lil dan it-tim.

Fi kliemu: “Wara ħames snin inkredibbli ma’ Mosta FC, nixtieq nirringrazzja sinċerament lill-komunità kollha — kowċis, plejers, partitarji, u lil kull min kien involut — għar-rispett u l-appoġġ sod li wrejtuni matul dan il-vjaġġ.”

“Flimkien, ksibna tragwardi indimentikabbli: għamilna l-istorja billi kkwalifikajna għal kompetizzjoni Ewropea għall-ewwel darba fl-istorja tal-klabb, u aktar riċentement spiċċajna darbtejn mat-Top 6 kemm fl-Opening Round kif ukoll fil-Closing Round tal-istaġun.”

“Kien tassew unur li nkun parti minn dan il-kapitlu!”

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport