Tuesday, May 14, 2024

Cliferty Calleja champion tad-Dinja tal-Kampjonat Dinji għal sewwieqa Amateurs

Aqra wkoll

Is-Sibt wara nofsinhar ġie fi tmiemu l-Kampjonat Dinji għal sewwieqa amateurs bi Cliferty Calleja jiġi nkurunat Champion tad-Dinja hekk kif għal darb’oħra ddomina fiż-żewġ tiġrijiet li saq fihom. Fil-korsa ta’ Visarno Firenze Calleja kien fl-azzjoni l-ewwel bid-debba Dynamite Kandy li ma kinitx waħda mill-favoriti iżda rnexxielu jispiċċa fit-tielet post.

Meta kien baqalu jsuq tiġrija waħda, Calleja kellu l-pressjoni fuqu li ried bilfors jispiċċa mal-ewwel erbgħa sabiex jirbaħ il-kampjonat u filfatt spiċċa bil-kbir hekk kif ħareġ rebbieħ bid-debba Bella Stella minkejja li ma kelliex numru tajjeb mal-karozza.

Cliferty Calleja ta wirja straordinarja matul il-kampjonat kollu bi tliet rebħiet, u pjazzament fit-tieni, tielet u s-sitt post fejn l-impressjoni tal-barranin kienet waħda ta’ tifħir għall-kapaċità li wera anke bi żwiemel ikkunsidrati bħala diffiċli.

Calleja kiseb total ta’ 43 punt segwiet mill-Belġjan bi 38 punt u t-Taljana bi 32 punt. Huwa jirritorna Malta għada l-Ħadd b’titjira tar-Ryan Air minn Bologna li tasal f’pajjiżna fil-10.55 am.

Sport