Friday, November 29, 2024

Clifton Grima jieħu l-ġurament tal-ħatra bħala Ministru għall-Edukazzjoni u l-Isport

Aqra wkoll

Dr Clifton Grima ħa l-ġurament tal-ħatra bħala Ministru għall-Edukazzjoni u l-Isport quddiem il-President ta’ Malta George Vella.

Iċ-ċerimonja saret illum wara nofsinhar fil-Palazz ta’ Sant’Anton fil-preżenza tal-Prim Ministru Robert Abela, l-Aġent Avukat tal-Istat Fiorella Fenech Vella, il-Prim Imħallef Mark Chetcuti, u s-Segretarju Permanenti Ewlieni Mario Cutajar. 

Grima kien qed iservi bħala Segretarju Parlamentari għall-Isport, ir-Rikreazzjoni u l-Organizzazzjonijiet Volontarji. Bejn Ġunju tal-2017 u Jannar tal-2020, Grima serva bħala Segretarju Parlamentari fil-Ministeru għall-Edukazzjoni, fejn kien responsabbli miż-Żgħażagħ, l-Isport u l-Organizzazzjonijiet Volontarji.

Jumejn ilu l-Prim Ministru Robert Abela ħatru bħala Minstru għall-Edukazzjoni u l-Isport. Bosta kienu dawk l-unjins u l-assoċjazzjonijiet li fl-aħħar sigħat laqgħu din l-aħbar fosthom l-unjin tal-għalliema (MUT) u l-Għaqda Ġurnalisti tal-Isports li laqgħu din il-ħatra.

Il-General Workers’ Union ukoll awguratlu għall-ħatra u qalet li temmen li se jmexxi b’mod konsistenti u pożittiv. 

Ftit ħin wara li l-Prim Ministru ħatru f’din il-kariga, talk.mt staqsietu għall-ewwel kummenti tiegħu fejn fost l-oħrajn huwa tkellem dwar kemm hu kruċjal l-attendenza fiżika tat-tfal fl-iskejjel. 

Aqra iktar: ARA: “Kruċjali l-attendenza fiżika tat-tfal fl-iskejjel”

Sport