Fi stqarrija maħruġa mill-gvern intqal li l-Prim Ministru qed jaħtar lil Clifton Grima bħala Ministru għall-Edukazzjoni u l-Isport.
Grima kien qed iservi bħala Segretarju Parlamentari għall-Isport, ir-Rikreazzjoni u l-Organizzazzjonijiet Volontarji. Bejn Ġunju tal-2017 u Jannar tal-2020, Grima serva bħala Segretarju Parlamentari fil-Ministeru għall-Edukazzjoni, fejn kien responsabbli miż-Żgħażagħ, l-Isport u l-Organizzazzjonijiet Volontarji.
Il-Ministeru għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-ħajja se jibqa’ jkollu r-responsabbiltà taż-żgħażagħ u l-għaqdiet volontarji, u se jkun iġib l-isem ta’ Ministeru għall-Inklużjoni, il-Kwalità tal-Ħajja u l-Organizzazzjonijiet Volontarji.
Awguri mill mill qalb habib.Nixtiqulek likbar succes.Grazzi ta dak kollu li ghamilt fl isports.