Thursday, September 17, 2026
Home Sport Club Sawdi ordnat jilgħab bil-bibien magħluqa wara li partitarji offendew lill-mejjet Diogo...

Club Sawdi ordnat jilgħab bil-bibien magħluqa wara li partitarji offendew lill-mejjet Diogo Jota 

0
41

Il-club tas-Saudi Pro League Al-Taawoun ġie ordnat jilgħab żewġ logħbiet f’daru bil-bibien magħluqa, wara li xi partitarji kantaw b’mod offensiv lejn Ruben Neves dwar il-ħabib tiegħu, Diogo Jota, li miet f’inċident tat-traffiku. 

Il-klabb ġie mmultat ukoll 100,000 riyal Sawdi, madwar €20,000, wara t-telfa ta’ 6-0 kontra Al-Hilal. 

Fil-filmat li xxerred fuq il-midja soċjali, jidher li  partitarji ta’ Al-Taawoun kantaw isem Jota ripetutament lejn Neves.

Neves wieġeb billi pponta lejn is-sema u lejn għajnejh, f’ġest li deher iwissi li Alla qed jara. 

Cristiano Ronaldo talab li l-persuni responsabbli jiġu sospiżi għal għomorhom milli jidħlu fi grounds.

Neves u Jota kienu ħbieb qrib, u Neves kompla jonora l-memorja tiegħu wara mewtu. 

Jota u ħuh Andre Silva mietu f’inċident bil-karozza fit-Tramuntana ta’ Spanja f’Lulju 2025. 

Il-player Saleh Abu Al-Shamat ukoll ikkundanna din l-imġieba, u qal li r-rivalità sportiva qatt ma għandha tiġġustifika t-tgħajjir fuq persuna mejta.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here