Coach tal-football ġie milqut fi spalltu b’tiri tan-nar waqt partita tat-tielet livell fl-Arġentina nhar il-Ħadd li għadda.
Il-players ħarbu mill-ground hekk kif il-partitarji ta’ Huracan Las Heras ġġieldu kontra xulxin filwaqt li t-team tagħhom iffaċċja lil Ferro de General Pico fil-Federal A League.
Filmati wrew iż-żewġ settijiet ta’ players jiġru għall-ilqugħ hekk kif tiri ġew sparati madwar l-istadium fil-provinċja ta’ Mendoza.
Il-coach ta’ Ferro, Mauricio Romero, ġie ferut, u mbagħad ittieħed l-isptar.
“Romero sejjer tajjeb u barra mill-periklu,” qalu Ferro fi stqarrija fuq Twitter. “Wara li telaq mill-istadium sarulu testijiet fi sptar lokali u issa qed jagħti stqarrija lill-pulizija.”
Il-partita ġiet sospiża fit-tieni taqsima hekk kif Huracan kienu 3-1 minn fuq bil-club jikkritika lil dawk involuti fl-inċident.