Friday, May 17, 2024

Illum tirritorna l-UEFA Champions League

Aqra wkoll

Bejn illum u għada tintlagħab ir-raba’ ġurnata tal-Fażi tal-Gruppi tal-UEFA Champions League fejn jibdew jikkwalifikaw it-timijiet għar-round tal-Aħħar 16. 

Teżisti possibbiltá kbira li l-erba’ timijiet li għandhom punti massimi, jiġifieri, Li­verpool, Ajax, Bayern Munich u Juventus, jaqtgħu l- passaġġ tagħhom għar-round li jmiss. 

Fi Grupp A, Paris St Germain u Manchester City mistennija jkomplu jsaħħu l-pożizzjoni tagħhom meta jiffaċċjaw lil RB Leipzig u lil Brugge rispettivament.  

Fi Grupp B, Liverpool jospitaw lil Atletico Madrid f’partita delikata. Minkejja li kienu ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 3-2, ir-Reds iridu jsolvu l-problema ta’ kif jiddefendu hekk kif Fabinho, Naby Keita u Thiago Alcantara se jkunu neqsin. 

Fi Grupp C, Ajax imorru jilagħbu għand Borussia Dortmund hekk kif dawn tal-aħħar iridu jpattu għad- diżappunt tat- telfa ta’ 4-0 kontra l-Olandiżi. 

Rebħa hija mperattiva għall-Ġermaniżi minħabba li jistgħu jintlaħqu minn Sporting Lisbon … bil-logħba li jmisshom tkun proprju għand l-istess Portugiżi. 

Borussia għandhom bosta players neqsin, fosthom Erling Haaland, Raphael Guerreiro, Nicol Schulz u Giovanni Reyna.

Grupp D għadu miftuħ beraħ hekk kif it-team Moldovan, Sherif Tiraspol, huwa s-sorpriża ta’ din il-kompetizzjoni. Huwa jospitaw lil Inter fejn xejn għajr minn reb­ħa ma tissodisfa l-kriterji tat-team Taljan.

Real Madrid jilqgħu lil Shakhtar Donetsk fejn iridu juru rispett massimu lejn l-Ukreni hekk kif għandhom esperjenza qarsa tagħhom minħabba li fl-istaġun li għad­da sfaw megħluba fiż-żewġ logħbiet.

Fi Grupp E, Bayern Munich, jibdew favoriti netti li jiksbu t-tliet punti meta jilqgħu lil Benfica fejn għandhom il-players kollha għad-dispożizzjoni. 

Barcelona għandhom partita mill-aktar diffiċli meta jmorru jilagħbu kontra Dinamo Kiev. Rebħa għall-Ukreni tħalli lill-Katalani fl-aħħar post tal-klassifika li ftit tal- jiem ilu keċċew lill-coach, Ronald Koeman. 

Fi Grupp F, Manchester United għandhom test kbir li jista’ jiddetermina l-futur tal-manager, Ole Gunnar Sols­kjaer, hekk kif il-kariga tie­għu tinsab mhedda wara sensiela ta’ riżultati negattivi. 

Ir-Red Devils mistennija jinżlu bl-istess formazzjoni li biha għelbu lil Tottenham bl-iskor ta’ 3-0 nhar is-Sibt li għadda. 

Fi Grupp H, Juventus jilqgħu lil Zenit St Peterburg. Bla dubju, il-Bianco­neri jridu jinsew il-forma domestika hekk kif ġejjin minn żewġ telfiet xejn mistennija kontra Sassuolo u Verona bl-iskor identiku ta’  2-1 biex prattikament huma maqtu­għin mill-isfida għar- rebħ tal-Iscudetto.  

Huma għandhom lil Fede­rico Bernardeschi, Moise Kean u Matteo De Sciglio qed jirkupraw minn injury. 

Chelsea jmorru jilagħbu l-Isvezja għand Malmo fejn mistennija joħorġu bit-tliet punti hekk kif bħalissa għaddejjin minn mument mill-aktar pożittiv fejn anke qed jillidjaw il-klassifika tal- Premier League Ingliż. 

Sport