The Malta Records fl-aħħar jiem kienu mistedini ġewwa residenza f’Ħad-Dingli sabiex jivverivikaw u anke jippreżentaw rekord nazzjonali ġdid fil-gżejjer Maltin. Rekord li għal darb’oħra ġie miksub minn tifel ċkejken ċkejken.
L-iżgħar tifel li kapaċi jlesti puzzle ta’ 30 biċċa fl-iqsar ħin.
Dan ir-rekord nazzjonali ġdid ġie mwaqqaf minn Coen Tanti li fl-età ta’ 3 snin u xahrejn solva puzzle ta’ 33.5 bi 23.5 ċentimetri f’ħin ta’ 7 minuti u 12-il sekonda (7:12).
“Ftit timidu kif jara persuna estranja ġewwa daru, Coen ma damx ma qabad juri l-kapaċità tiegħu li jlesti puzzle tal-cartoon favorit tiegħu Paw Patrol fi ftit ħin. Il-ġenituri qalulna li tant hi għal qalbu din il-puzzle li ġieli anke għaqqadha rasha ‘l isfel. Basta l-puzzle tinġarr minn post għal ieħor bit-trakk,” kitbu The Malta Records fuq il-midja soċjali.

