Monday, November 11, 2024

Commonwealth Games: Victor Kiplangat u Jessica Stenson jirbħu l-maratona

Aqra wkoll

Victor Kiplangat tal- Uganda u Jessica Stenson tal-Awstralja, ħadu l-unuri fil-Maratona tal-Ir­ġiel u tan-Nisa li saru fit-toroq tal-Belt ta’ Birmingham fit-tieni ġurnata tal-Logħob tal-Commonwealth.

Kiplangat spiċċa fil-ħin ta’ sagħtejn 10 minuti u 55 sekonda minkejja li f’ħin minnhom deher li sejjer ħa­żin.

Huwa xorta rebaħ b’mi­nuta u 34 sekonda qabel Alphonce Simbu tat-Tanzanija, bil-Kenjan Michael Mu -­­go Githae jgħaqqad il- postijiet fuq il-podju.

Huwa segwa l-wirt tad- deheb doppju tal-kompatrijott Joshua Cheptegei fil-5,000m u fl-10,000m fil-Gold Coast tal-2018.

L-Awstraljana Jessica Stenson, li qabel kienet reb­ħet żewġ midalji tal-bronż, ħadet it-titlu tan-nisa f’sagħ­tejn 27 minuta u 31 sekonda.

Hija ħarbet fuq quddiem mill-grupp tal-vantaġġ ma’ Margaret Wangari Muriuki tal-Kenja u Helalia Johannes tan-Namibja, iżda l-Awstraljana kellha wisq għar-rivali tagħha u għad­diethom fl-aħħar stadji biex temmet b’vantaġġ ta’ 29 sekonda.

L-atleta ta’ 34 sena kkuntrattat il-Covid-19 xahar biss qabel il-Logħob iżda temmen li kienet barka moħbija li ppermettietha tieħu ftit ħin ta’ mistrieħ sabiex tkun fl-aħjar forma għat-tellieqa.

L-AWSTRALJA JIDDOMINAW

L-Awstralja gawdiet lejla dominanti fil-pixxina fl-ewwel sessjoni tal-għawm. Elijah Winnington mexxa 1-2-3 fl-400m freestyle tal-irġiel, meta ħa d-deheb fil-ħin ta’ tliet minuti, 43.06 sekondi, aktar minn żewġ sekondi qabel il-kompatrijott Sam Short, filwaqt li Mack Horton kiseb il-bronż tliet sekondi oħra ‘l bogħod.

It-tieni clean sweep wasal fil-200m freestyle tan-nisa. Ariarne Titmus stabbiliet rekord tal-Logħob ta’ 1:53.89 biex rebħet id-deheb, 0.12 sekondi biss minn Mollie O’Callaghan b’Madison Wil­son tieħu l-bronż.

Bejniethom il-Kanadiża ta’ 15-il sena, Summer McIntosh stabbiliet rekord tal-Logħob tagħha stess biex rebħet id-deheb fl-400m medley individwali, meta temmet fil-ħin ta’ 4:29.01. L- Awstraljana Kiah Melverton ħadet l-fidda u l-Iskozja Katie Shanahan, il-bronż.

Sophie Pascoe ta’ New Zealand kisbet il-ħames  deheb tagħha fil-Logħob b’rebħa fil-100m freestyle tan- nisa S9 u kienet kuntenta li rebħet wara li l-koronavirus poġġiha lura fil-preparaz­zjoni tagħha. L-Aw­­straljana Emily Beecroft (fidda) u l-Iskozja Toni Shaw (bronż) ingħaqdu ma’ Pascoe fuq il-podju.

Il-midalji komplew ġej­jin għall-Awstralja hekk kif Timothy Hodge waqqa’ tliet sekondi mir-rekord tal-Logħob bid-deheb fil-100m backstroke S9 tal-irġiel.

Il-fidda ħadha Jesse Rey­nolds ta’ New Zealand u l-bronż Barry McClements hekk kif l-Irlanda ta’ Fuq kisbet l-ewwel midalja tagħ­­­ha fil-pixxina.

Zac Stubblety-Cook, iċċe­lebra deheb ieħor għall-Awstralja hekk kif ġie l-ewwel fil-200m breaststroke tal-irġiel f’2:08.07, bl-Ingliż, James Wilby, jieħu l-fidda u Ross Murdoch tal-Iskozja l- bronż.

L-Awstralja ma kienux spiċċaw u kisbu d-deheb finali tal-lejl fil-Mixed Relay tal-4x100m freestyle qabel l-Ingilterra li spiċċaw it-tieni bil-Kanada jieħdu t- tie­let post.

Sport