Como ngħataw il-permess mill-UEFA biex jissostitwixxu lil Jesus Rodriguez, li weġġa’, b’Maxence Caqueret fl-iskwadra tagħhom għaċ-Champions League. B’hekk, il-midfielder Franċiż se jkun disponibbli għall-konfront kontra Manchester United.
Rodriguez sofra injury muskolari waqt it-taħriġ nhar it-Tlieta u mistenni jdum mill-inqas xahrejn barra mill-azzjoni. Como ressqu t-talba tagħhom fil-ħin u ppreżentaw id-dokumenti mediċi meħtieġa.
Il-coach, Cesc Fabregas, iżda, se jkollu għażliet limitati, hekk kif Trevoh Chalobah, Assane Diao u Moise Kean għadhom imweġġgħin. Għal din il-partita, Como se jkollhom biss 16-il player disponibbli.




