Friday, July 19, 2024

Conf. Lge: Sliema W. se jiffaċċjaw lir-rebbieħ tal-konfront bejn FC Noah u KF Shkendija

Aqra wkoll

L-avversarji potenzjali għal Hamrun Spartans, Floriana u Marsaxlokk u l-avversarji għal Sliema Wanderers fit-tieni rounds ta’ kwalifikazzjoni tal-kompetizzjonijiet tal-klabbs tal-UEFA ġew żvelati nhar l-Erbgħa hekk kif il-poloz tal-UEFA Champions League u l-UEFA Conference League ttellgħu fil-Kwartieri tal-UEFA f’Nyon.

Jekk jeliminaw lil Lincoln Red Imps fl-ewwel round ta’ kwalifikazzjoni tal-UEFA Champions League, Hamrun Spartans se jkunu qed jilagħbu kontra Qarabağ FK tal-Azerbaigan fit-tieni round ta’ kwalifikazzjoni tal-UEFA Champions League. L-ewwel leg tintlagħab f’darhom fit-23/24 ta’ Lulju bil-partita tar-ritorn hija skedata għat-30/31 ta’ Lulju.

Min-naħa l-oħra, jekk jitilfu kontra Lincoln Red Imps, Hamrun Spartans jiffaċċjaw lit-telliefa tal-konfront bejn FC Ballkani (Kosovo) u UE Santa Coloma (Andorra) fil-UEFA Conference League Champions Path.

Fil-UEFA Conference League Main Path, Sliema Wanderers se jkunu qed jiltaqgħu mar-rebbieħ tal-konfront bejn FC Noah (Armenja) u KF Shkëndija (Maċedonja).

Jekk Floriana jeliminaw lil Tre Penne ta’ San Marino, huma jaffaċċjaw lil Vitória SC (POR).

Min-naħa l-oħra, jekk Marsaxlokk jirnexxilhom jeliminaw lil FK Partizani tal-Albanija, kienu jiffaċċjaw lil FC Iberia 1999 Tbilisi (Georgia).

Ekonomija

Sport