Friday, July 11, 2025

Conference League: Birkirkara b’rebħa minima fuq Petrocub

Aqra wkoll

Birkirkara ……1

Petrocub ……..0

Minn Cristian Muscat

Fl-ewwel leg tal-ewwel round ta’ kwalifikaz­zjoni tal-UEFA Conference League, Birkirkara għelbu l-isfida tat-team mill-Moldova, Petrocub, bl-iskor ta’ 1-0, biex b’hekk bnew vantaġġ minimu qabel iż-żewġ timijiet jerġgħu jaffrontaw lil xul­xin, nhar il-Ħamis li ġej, din id-darba fil-Moldova.

Kollox ma’ kollox kienet partita bilanċjata, li fiha r-riżultat seta’ mar kull naħa, iżda l-Istripes għamlu l-iktar ħaġa importanti, jiġifieri, li sabu x-xibka avversarja.

Kienu Petrocub li ħolqu l-ewwel periklu fis-16-il minuta meta wara li rċieva minn free-kick ta’ Teodor Lungu, Victor Bogacius għola waħdu u kellu d-daqqa ta’ ras mill-viċin tintemm ftit barra.

Birkirkara wieġbu żewġ minuti biss wara u pprotes­taw għall-penalty meta l- captain Alex Satariano xeħet cross għan-nofs fid-direzzjoni tad-debuttant Lucas Macula, bid-difensur ta’ Petrocub, Cedric Ngah,     deher imiss il-ballun b’idu fil-kaxxa, iżda r-referee mill- Maċedonja, Iloski Vlatko, ħalla l-logħob għaddej.

Huma komplew fuq l-offensiva u fil-25 minuta, id-debuttant l-ieħor, Geoffrey Acheampong, kellu l-konklużjoni mid-distanza tintemm ferm għoli.

Madankollu, fid-39 minuta, kienu Petrocub li resqu viċin li jiftħu l-iskor meta Nicolae Rotaru kellu d-daqqa ta’ ras mill-viċin salvata tajjeb mill-goalkeeper Karkariż, Miguel Angel Martinez.

Huma komplew isibu l-ispazji u fil-41 minuta reġgħu resqu qrib li jsibu x-xibka meta Petru Popescu ġie wiċċ imb’wiċċ ma’ Martinez, iżda dan tal-aħħar ħareġ tajjeb minn postu biex antiċipa kull periklu.

U kontra x-xejra tal-logħob u fl-unika diżattenzjoni mill-players ta’ Petrocub, fl-54 minuta, Birkirkara fetħu l-iskor meta GEOFFREY  ACHEAMPONG ħa vantaġġ mill-veloċitá tie­għu, mattar siequ u mill-viċin tefa’ l-ballun fir-rokna tax-xibka.

Petrocub wieġbu fis-66 minuta meta s-sostitut Mihai Lupan li kien ilu minuta biss fil-ground, kellu l-konklużjoni fil-baxx fal­liet il-mira bi ftit.

Huma komplew jippressaw u fit-80 minuta free-kick insidjuż ta’ Teodor Lungu, intemm ftit barra.

BIRKIRKARA: 1-Miguel Angel Martinez, 4-Cordova, 5-Stefan Marjanovic, 25-Neil Micallef, 24-Leandro Lacunza, 59-Stephane Donovan Makoma, 20-Alex Satariano, 29-Marcos Maydana, 33-Geoffrey Edwin Acheampong (10-Shaun Dimech 89), 27-Franklin Sasere, 77-Lucas Macula (9-Kemar Reid 71)   – Coach: Stefano De Angelis

PETROCUB: 1-Silviu Smalenea, 90-Ion Jardan, 66-Ion Bors, 24-Cedric Ngah, 11-Sergiu Platica, 37-Dan Puscas (8-Dumitru Demian 71), 44-Jessie Guera Djou, 39-Teodor Lungu, 79-Victor Bogaciuc (17-Cristian Pascaluta 81), 19-Nicolae Rotaru (13-Maxim Cojocaru 65), 15-Petru Popescu (23-Mihai Lupan 65) – Coach: Shota Makharadze

referee: Ilioski Vlatko (Maċedonja)

ASS. refereeS: Kristijan Djonov, Martin Petkovski (Maċedonja)

RABA’ UFF. Benjamin Kjerimi (Maċedonja)

SKORER: G. Acheampong 54 (B)

AMMONITI:  T. Lungu, M. Cojocaru, C. Ngah (P), L. Lacunza, A. Satariano, S. Marjanovic, G. E. Acheampong (B)

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport