Saturday, September 14, 2024

Conference Lge: Hamrun Spartans jiksbu rebħa drammatika

Aqra wkoll

Hamrun Spartans……..2

Dinamo Tbilisi………….1

Hamrun Spartans kisbu rebħa drammatika ta’ 2-1 kontra Dinamo Tbilis, bil-goal tant importaati għalihom jsala proprju fid-97 minuta minn Joseph Mbong li rnexxielu jirreġistra doppetta personali fil-partita.

B’hekk Hamrun għandhom ċans tajjeb li jiksbu l-kwalifikazzjoni għat-tielet round ta’ kwalifikazzjoni tal-UEFA Europa Conference League meta ż-żewġ timijiet jerġgħu jiltaqgħu nhar il-Ħamis tal-ġimgħa d-dieħla din id-darba fi Tbilisi f’Georgia.

Fl-ewwel taqsima Hamrun iddettaw il-partita u kienu kmandi assoluti tal-logħba, bi Dinamo Tbilisi jagħlqu tajjeb fuq wara.

Kien biss fil-25 minuta li waslet l-ewwel azzjoni denja ta’ nota b’Hamrun ikunu huma li joħolqu l-periklu meta Uros Duranovic kellu cross-shot insidjuż li ġie newtralizzat b’diffikultá mill-goalkeeper ta’ Dinamo Tbilisi, Giorgi Loria.

Huma komplew fuq l-offensiva u fl-40 minuta, Elionay kellu xutt fil-baxx li ġie salvat minn mal-art minn Loria.

Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, kuntrarju għall-ewwel taqsima, Dinamo Tbilisi ħarġu ferm aggressivi u fil-51 minuta Barnes Osei kellu xutt fil-baxx minn pożizzjoni ferm ideali li ntemm ftit barra.

Kulma jmur il-ħin huma komplew jipproduċu logħob sabiħ u fid-59 minuta,  wara żball tattiku fid-difiża ċentrali ta’ Hamrun, Imran Oualid Omar waqqa’ l-ballun lejn is-sostitut ZORAN MARUSIC li kien ilu biss ħames minuti fil-ground, u li minn quddiem il-goalkeer ta’ Hamrun Marchetti spara ġewwa,

Hamrun wettqu reazzjoni tajba u tefgħu kollox fuq l-attakk u fit-63 minuta Roko Prsa kellu xutt fil-baxx kważi minn tarf il-kaxxa jgħaddi ftit barra. 

Iżda tliet minuti wara Dinamo Tbilisi kienu għoddhom irduppjaw l-iskor meta Marusic kellu xutt fil-baxx angulat minn ġol-kaxxa li ħabat ma’ sieq il-wieqfa, b’Hamrun jeħilsuha ħafif.

U f’botta u risposta, minuta biss wara fuq in-naħa l-oħra tal-pitch, Seth Peinsley ghal Hamrun kellu daqqa ta’ ras minn taħt il-lasta tintemm ftit għoli.

Huma komplew ifittxu l-goal tad-draw u dan meritatament wasal fil-81 minuta meta Ognjen Bjelicic kellu freekick salvat parzjalment minn Lotia, biex mir-rebound Luke Montebello għadda tajjeb lejn JOSEPH MBONG li permezz ta’ daqqa ta’ ras minn taħt il-lasta tefa’ ġewwa.  

Fit-88 minuta Zoran Marusic għal Tbilisi resaq ferm viċin li jiskorja l-goal tar-rebħa għat-team tiegħu iżda d-daqqa ta’ ras mill-viċin tiegħu stampat mal-wieqfa.

Hamrun skorjaw il-goal tant importanti fid-97 minuta meta wara li rċieva minn cross mil-lemin, JOSEPH MBONG, kien fil-post it-tajjeb fil-mument opportun u permezz ta’ daqqa ta’ ras mill-viċin tefa’ ġewwa.

Hamrun S.: 22-Federico Marchetti, 4-Steve Borg, 91-Emerson Marcelina, 27-Ognjen Bjelicic, 10-Joseph Mbong, 14-Elionay (98-Jonny 77), 12-Roko Prsa, 42-Nemanja Krstic (25-Eder 46), 94-Ryan Camenzuli, 23-Uros Duranovic (7-Luke Monetbello 77), 30-Seth Paintsil Coach: Luciano Zauri

Dinamo Tbilisi: 17-Giorgi Loria, 31-Giorgi Maisuradze, 4-Saba Khvadagiani, 13-Jemal Tabidze (2-Nikoloz Mali 69), 3-Aleksandre Kalandadze (Gagi Margvelashvili 69), 12-Giorgi Kharaishvili (16-Levan Osikmashvili 69), 5-Anzor Mekvabishvili, 18-Barnes Osei (8-Giorgi Moistsrapishvili 87), 11-Imran Oualid Omar, 28-Ousmane Camara, 7-Davit Skhirtladze (32-Zoran Marusic 54) Coach: Giorgi Tchaibrishvili

Referee: Milos Gigovic (Bożnja Herzegovina)

Ass. Referees: Damir Lazic, Armer Macic (Bożnja Herzegovina)

Raba’ Uffiċjal: Antoni Bandic (Bożnja Herzegovina)

Skorers: Z. Marusic 59 (D), J. Mbong 81, 97 (H)

Ammoniti: Elionay, R. Prsa, U. Duranovic, Eder, Jonny, J. Mbong (H), J. Tabidze, I. O. Omar, G. Margvelashvili (D)

Ekonomija

Sport