Saturday, May 4, 2024

Coppa Italia: Atalanta fil-finali … kontra Juventus

Aqra wkoll

Atalanta kkwalifikaw għall-finali tal-Coppa Italia meta fit-tieni leg tas-semi-finali għelbu lil Firoentina 4-1 għal aggregate ta’ 4-2.

Il-Bergamaschi ma setgħux kellhom bidu aħjar meta wara biss tmien minuti huma fetħu l-iskor minn kontrattakk veloċi.  

Teun Koopmeiners irċieva l-ballun fi tliet kwarti ta’ ground fejn ingħata l-ispazju mill-avversarji u b’xutt fil-baxx għeleb għal kollox lill-goalkeeper, Pietro Terracciano.

Fit-13-il minuta, huma ħasbu li rduppjaw meta Gianluca Scamacca fajjar kanunata li spiċċat fir-rokna tas-saqaf tax-xibka … iżda l-goal ġie mħassar għal foul tal-istess Scamacca fuq Lucas Beltran.

Il-kumplamet tal-ewwel taqsima kien dominat minn Atalanta iżda ma setgħux isibu t-triq lejn ix-xibka.

Fit-53 minuta, Fiorentina spiċċaw jilagħbu b’10 players meta tkeċċa Nicola Milenkovic għal foul ikrah fuq Scamacca.

U minkejja li Lucas Martinez (68) kiseb id-draw għall-Viola, goals minn Gianluca Scamacca (75), Ademola Lukeman (94) u Mario Pasalic (98) xeħtu lil Atalanta fil-finali biex issa jiltaqgħu kontra Juventus.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport