Tuesday, December 24, 2024

Coppa Italia: Barra minn darhom Torino jissorprendu lil Milan

Aqra wkoll

Milan sfaw eliminati mill-Coppa Italia b’mod imbarazzanti meta f’darhom sfaw megħluba minn Torino bl-iskor ta’ 1-0  wara l-ħin barrani hekk kif il-Granata lagħbu biex player inqas għal 40 minuta … biex issa fil-kwarti-finali jiltaqgħu kontra Fiorentina jew Sampdoria. 

Fil-veritá, ir-Rossoneri kellhom lista ta’ players imweġġgħin fosthom, Mike Maignan, Divock Origi, Fode Ballo-Toure, Zlatan Ibrahimovic, Rade Krunic, Alessandro Florenzi, Simon Kjaer u Ante Rebic filwaqt li Rafael Leao u Theo Hernandez ġew imserrħa.   

Il-partita kienet waħda bilanċjata fejn iż-żewġ timijiet kellhom il-mumenti tagħhom. 

Iżda fis-70 minuta, Torino kellhom lil Koffi Djidji mkeċċi għal żewġ karti sofor bit-tieni waħda tkun għal foul minn wara fuq Junior Messias.

Bir-riżultat jibqa’ dak ta’ mingħajr goals, il-partita marret fil-ħin barrani u proprju fil-114-il minuta, Torino skorjaw il-goal importanti … fil-ħin meta Milan bdew jippressaw … u minn kontrattakk veloċi, Sasa Lukic xeħet lejn Brian Bayeye li l-cross tiegħu għadda quddiem il-lasti avvesarji fejn kien hemm Michel Adopo li kien pront jixħet il-ballun fix-xibka. 

Ekonomija

Sport