Tuesday, April 30, 2024

League Cup: Manchester City eliminati minn Southampton

Aqra wkoll

Manchester City sfaw eliminati mill-kwarti-finali tal-League Cup minn Sothampton bl-iskor ta’ 2-1 biex il-mananger, Nathan Jones, irreġistra l-akbar rebħa mindu ħa r-responsabbiltá tat-team tas-Saints ftit tal-ġimgħat ilu. 

Il-kontraparti tiegħu, Pep Guardiola, serraħ bosta players hekk kif għada s-Citizens għandhom partita mill-aktar diffiċli tal-kampjonat kontra Manchester United, f’Old Trafford. 

Iż-żewġ goals waslu fl-ewwel taqsima, b’Sekou Mara (23) jixħet fix-xibka mill-pass ta’ Lyanco. Imbagħad ħames minuti wara, Moussa Djenepo qabad lill-goalkeeper, Stefan Ortega, barra minn postu b’xutt mill-bogħod. 

Fl-aħħar nofs siegħa, Guardiola daħħal jilagħbu lil Kevin De Bruyne u lil Erling Haaland iżda ma setgħux jinfdu d-difiża avversarja. 

Nottm F. v Wolves – Nottingham Forest avvanzaw għas-semi-finali meta għelbu lil Wolves 4-3 bl-għoti tal-penalties wara li temmew fi draw ta’ 1-1 … biex il-Forest irnexxielhom jikkwalifikaw għal dan l-istadju wara 31 sena. 

Kien l-eks player ta’ Wolves, Willy Boly (18), li fetaħ l-iskor għat-team ospitu minn azzjoni ta’ corner. Iżda Raul Jimenez (64) kiseb id-draw għal Wolves wara li kkonkluda mill-pass ta’ Matheus Cunha.

Lejn it-tmiem Wolves ipprotestaw minn dak li deher penalty ċar meta Matheus Nunes ġie ffawljat fil-kaxxa.

Il-goalkeeper tal-Forest, Dean Henderson, spiċċa bħala l-eroj tal-Forest meta laqa’ l-penalties ta’ Ruben Neves u Joe Hodge.

Il-poloz tas-semi-finali li jintlagħbu fuq żewġ legs ittellgħu hekk: 

Southampton vs Newcastle United

Nottingham Forest vs Manchester United

(L-ewwel leg jintlagħab fit-23 u t-tieni leg jintlagħab fit-30 ta’ dan ix-xahar).  

Sport