Napoli sfaw eliminati mill-Coppa Italia meta fir-round tal-Aħħar 16 huwa ġew megħluba f’darhom 4-0 minn Frosinone.
Napoli resqu viċin għall-ewwel darba fil-21 minuta iżda t-tenattiv ta’ Giacomo Raspadori ħabat man-naħa ta’ barra tal-lasta.
Fis-37 minuta Napoli kellhom goal imħassar mill-VAR minħabba ‘handball’ waqt li wara l-mistrieħ l-ospiti reġgħu laqtu l-lasta, din id-darba minn free-kick ta’ Mario Rui li stampa mal-wieqfa.
Iżda kienu Frosinone li fetħu l-iskor minn daqqa ta’ ras ta’ Enzo Barrenechea (65).
Frosinone rduppjaw meta Giovanni Di Lorenzo ta pass lura li ġie nterċettat minn Giuseppe Caso (70) li sab ix-xibka.
Frosinone ssiġillaw ir-rebħa b’żewġ goals fil-ħin miżjud minn Abdou Harroui u Mehdi Bourabia.