Wednesday, July 24, 2024

League Cup: Chelsea, Fulham u Middlesbrough fis-semi-finali

Aqra wkoll

Chelsea kkwalifikaw għas-semi-finali tal-League meta għelbu lil Newcastle 4-2 bl-għoti tal-penalties wara li l-partita ntemmew fi draw ta’ 1-1. 

Callum Wilson (16) fetaħ l-iskor għall-Magpies u meta kollox deher li kienu se jaqtgħu l-passaġġ għal mal-aħħar erbgħa, Mykhailo Mudryk (92) approfitta minn żball ta’ Kevin Trippier biex il-partita kellha tmur għall-għoti tal-penalties li fihom il-Pensioners ittrijonfaw. 

Barra minn darhom Fulham għelbu lil Everton u għelbuhom 7-6 bil-għoti tal-penalties wara li temmew fi draw ta’ 1-1. It-team minn Londra fetaħ l-iskor permezz ta’ auto-goal ta’ Michael Keane (41) iżda Beto (80) kiseb id-draw għat-team ospitu. 

Peró, il-Cottagers għaddew għas-semi-finali meta rebħu bil-penalties.  

Fil-logħba l-oħra Middlesbrough marru għand Port Vale ta’ League One u kisbu rebħa ta’ 3-0 b’goals minn Jonathan Hawson (11), Morgan Rogers (23) u Matt Crooks (53).

Ekonomija

Sport