Sunday, November 8, 2026
Home Sport Magħrufa l-finalisti tal-kompetizzjonijiet tal-Blackball

Magħrufa l-finalisti tal-kompetizzjonijiet tal-Blackball

0
42

Saru magħrufa l-finalisti tat-tliet kompetizzjonijiet ewlenin organizzati mill-Malta Blackball Pool Federation wara s-semifinali li ntlagħbu l-ġimgħa li għaddiet.

Cospicua Rangers A kisbu posthom fil-finali tan-National KO wara li għelbu lil Birkirkara Youngsters bl-iskor ta’ 21-15. Dan kollu seħħ wara li kienu temmew l-ewwel parti tal-konfront 14-7 minn taħt.

Il-Bormliżi se jiltaqgħu kontra Ħamrun 147 A li min-naħa tagħhom għelbu lil Żebbuġ St Joseph A (De Rohan) bl-iskor ta’ 21-8, wara vantaġġ ta’ 13-7 fl-ewwel parti.

Fir-Regional KO, Cospicua Rangers B għaddew għall-finali wara rebħa ta’ 21-9 kontra PI Floriana, wara li kienu fetħu vantaġġ ta’ 14-6.

Cospicua Rangers B jaffaċċjaw lil Birkirkara Boċċi fil-finali. Il-Karkariżi għelbu lil Siġġiewi Montekristo A bl-iskor ta’ 21-13, wara li l-ewwel parti kienet intemmet 12-8 favur il-Karkariżi.

Fgura Plan B Bar kisbu l-kwalifikazzjoni għall-finali tal-Community KO wara rebħa ta’ 21-11 kontra Qormi San Bastjan Boċċi, filwaqt li Ħamrun 147 D għelbu lil Mrieħel Billiard House B bl-iskor ta’ 21-15.

B’hekk, Fgura Plan B Bar u Ħamrun 147 D se jiltaqgħu fil-finali tal-Community Knockout nhar it-Tnejn li ġej, fis-7.30pm, fil-Juventus Club f’Birkirkara.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here