Sunday, November 8, 2026
Home Sport Malta tikseb rebħa importanti ta’ 37-29 kontra l-Ġermanja fir-Rugby Trophy

Malta tikseb rebħa importanti ta’ 37-29 kontra l-Ġermanja fir-Rugby Trophy

0
40

Malta kisbet rebħa importanti ta’ 37-29 kontra l-Ġermanja f’konfront divertenti u missielet mir-Rugby Trophy li ntlagħab f’Tony Bezzina Stadium, f’Kordin.

Wara li fl-ewwel taqsima Malta stabbiliet vantaġġ komdu ta’ 20-0, it-team nazzjonali Malti kellu jgħaddi minn prova diffiċli hekk kif il-Ġermanja wettqet reazzjoni qawwija fit-tieni taqsima. Minkejja l-pressjoni kontinwa tal-Ġermaniżi u t-tentattivi tagħhom biex inaqqsu d-distakk fl-aħħar minuti, Malta wriet determinazzjoni, reżiljenza u kalma biex assigurat ir-rebħa.

L-ewwel taqsima – Malta tikkontrolla l-logħba mill-bidu

Malta bdiet il-konfront b’ritmu qawwi u approfittat mill-opportunitajiet offensivi tagħha biex mill-ewwel ħolqot vantaġġ sostanzjali.

John Connolly fetaħ l-iskor fit-tielet minuta, b’Chris Dudman iżid il-konverżjoni. Dudman kompla jkabbar il-vantaġġ Malti permezz ta’ penalty fit-12-il minuta.

Fil-15-il minuta, Tom Holloway skorja t-tieni try għal Malta, li reġa’ ġie kkonvertit minn Dudman. Penalty ieħor fil-31 minuta wassal biex Malta telgħet għal 20 punt.

Il-Ġermanja, li kienet diġà spiċċat bi player ammonit b’karta safra fit-tieni minuta, irnexxielha twieġeb ftit qabel il-mistrieħ. Aidan Dixon skorja try fit-38 minuta, b’Nikolai Klewinghaus Hacker iżid il-konverżjoni biex naqqas id-distakk għal 20-7 sal-intervall.

It-tieni taqsima – Il-Ġermanja tirreaġixxi iżda Malta twieġeb

Il-Ġermanja ħarġet għall-ewwel taqsima determinata li terġa’ tidħol fil-logħba u mill-ewwel bdiet toħloq problemi lid-difiża Maltija. Penalty ta’ Nikolai Klewinghaus Hacker fis-46 minuta naqqas l-iskor għal 20-10.

Il-Ġermaniżi komplew iżidu l-pressjoni u fil-50 minuta Tobias Bauer skorja try ieħor, li ġie kkonvertit minn Hacker biex l-iskor sar 20-17. F’dan il-mument, il-momentum kien inbidel favur il-Ġermanja u Malta sabet ruħha taħt pressjoni akbar.

Madankollu, Malta rreaġixxiet b’mod deċiżiv. Brendan Dalton skorja try fil-57 minuta, b’Dudman jirnexxilu jżid il-konverżjoni u jerġa’ jagħti vantaġġ ta’ għaxar punti lit-tim Malti.

Fit-63 minuta, George Strickland kabbar aktar il-vantaġġ b’try ieħor, li ġie segwit minn konverżjoni ta’ Dudman biex l-iskor tela’ għal 34-17.

Il-Ġermanja baqgħiu jiġġieldu u fit-72 minuta skorjaw try ieħor, ikkonvertit minn Hacker, biex naqqsu l-iżvantaġġ għal 34-24.

Is-sitwazzjoni kompliet tikkomplika ruħha għal Malta meta Zarrin Galea rċieva karta safra fis-76 minuta u t-team Malti kellu jkompli l-partita b’14-il player.

Il-Ġermaniżi approfittaw mill-vantaġġ numeriku u fit-84 minuta skorjaw try ieħor biex resqu ferm viċin, bl-iskor isir 34-29.

Madankollu, Malta żammet il-kalma fil-mumenti deċiżivi u John Connolly skorja penalty fis-87 minuta biex stabbilixxa r-riżultat finali ta’ 37-29 u kkonferma rebħa importanti għat-tim Malti.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here