Wednesday, September 25, 2024

Courtois jitkellem dwar l-istaġun mhux daqstant brillanti ta’ Real Madrid

Aqra wkoll

F’intervista li ta lill-istazzjon nazzjonali Spanjol, il-gowlkiper ta’ Real Madrid Thibaut Courtois ammetta li l-istaġun li għadda seta’ kien ferm aħjar għat-tim tiegħu.

Il-gowlkiper Belġjan qal li fil-bidu ta’ Awwissu bdew bl-aqwa mod possibbli bir-rebħ tas-Super Cup Ewropea iżda wara l-waqfa minħabba t-tazza tad-dinja tal-Qatar, huma ma tantx qabdu art tas-sitwazzjoni hekk kif inqalgħu mill-UEFA Champions League kif ukoll tilfu l-kampjonat li eventwalment intrebaħ minn Barcellona.

Courtois temm jgħid li t-tim jinsab iktar konċentrat sabiex jmur ħafna aħjar tul l-istaġun li ġej.

Sport