Friday, May 3, 2024

Coutinho jingħaqad ma’ Aston Villa b’mod permanenti

Aqra wkoll

Il-midfielder Brażiljan, Philippe Coutinho, ingħaqad ma’ Aston Villa b’mod permanenti. 

F’Jannar li għadda huwa kien mar f’Villa Park mingħand Barcelona bi trasferiment temporanju b’għażla li jiffirma għal kollox. 

F’dak il-perjodu l-Katalani riedu jeħilsu minn Coutinho biex ineħħuh mill-kotba finanzjarji tagħhom minħabba l-paga eċċessiva tiegħu. 

Iżda matul dawn l-aħħar ħames xhur huma impressjona fit-team immexxi mill-coach, Steve Gerrard, li miegħu ħadem meta kienu jilagħbu flimkien ma’ Liverpool. 

Għalkemm ma ħarġu l-ebda ċifri uffiċjali, huwa stmat li Aston Villa kienu ħallsu madwar €20 miljun biex iżommu lil Coutinho. Huwa ffirma kuntratt sal-2026.  

Sport