L-awtoritajiet tas-saħħa qalu li fl-aħħar 24 siegħa feġġew 32 każ ġdid ta’ Covid-19.
Fl-istess waqt kien hemm 19 oħra li fiequ mill-virus. Dan ifisser li t-total ta’ każi attivi issa huma 565 każ.
L-ammont ta’ mwiet baqa’ ta’ 462 wara li fl-aħħar 24 siegħa ma kien hemm l-ebda mewt relatata mal-Covid-19.
Bħalissa hemm 12-il pazjent rikoverati l-Isptar minħabba l-Covid-19 li tnejn minnhom jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.
Sal-bieraħ kienu ngħataw 903,363 doża tal-vaċċin kontra l-Covid-19 li minnhom 71,828 kienu dożi tal-booster.