Wednesday, April 24, 2024

COP26: Jintlaħaq ftehim biex jitnaqqas l-użu tal-faħam

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Wara ġimagħtejn ta’ negozjati, fi Glasgow finalment intlaħaq ftehim bejn il-mexxejja tad-dinja matul is-summit tal-COP26. 

Dan il-ftehim huwa l-ewwel wieħed tax-xorta tiegħu jinkludi pjanijiet ċari fih li jimmiraw li jnaqqsu l-faħam bħala sors ta’ enerġija. Il-ftehim għandu miri oħrajn fosthom li jitnaqqsu b’mod immedjat l-emissjonijiet filwaqt li jassigura fondi għal pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw biex ikunu jistgħu jilqgħu għat-tibdil fil-klima.

Fl-ewwel reazzjoni tiegħu, il-President tal-konferenza Alok Sharma qal li l-qbil fl-aħħar minuta mhuwiex falliment, anzi kisba storika.

“Fl-aħħar mill-aħħar, iċ-Ċina u l-Indja se jkollhom jagħtu spjegazzjoni lill-aktar pajjiżi vulerabbli fid-dinja għat-Tibdil fil-Klima. Ilkoll konna preżenti għar-reazzjoni ta’ dawn l-aktar pajjiżi vulnerabbli għal dan il-ftehim”, tenna Sharma.

Dan hekk kif qabel intlaħaq ftehim finali, kien hemm abbozz li fih kien jinkludi klawsola biex jitneħħa l-faħam għalkollox, liema klawsola ġabet oppożizzjoni qawwija mill-Indja.

Sport