Wednesday, July 29, 2026
Home Sport Crystal Palace iridu lil Ousmane Diomande

Crystal Palace iridu lil Ousmane Diomande

0
57
Soccer Football - Europa League - Round of 16 - Second Leg - Atalanta v Sporting CP - Stadio Atleti Azzurri, Bergamo, Italy - March 14, 2024 Sporting CP's Ousmane Diomande and Jerry St.Juste in action with Atalanta's Charles De Ketelaere REUTERS/Daniele Mascolo

Crystal Palace qed jikkunsidraw dik li l-gazzetta Ingliżi qed ilaqqmuha bħala mossa kuraġġuża biex jakkwistaw lid-difensur ta’ Sporting Lisbon, Ousmane Diomande, fil-ħsieb li jsostnu lit-tim tagħhom wara s-suċċess fl-FA Cup tas-sena li għaddiet.

Bil-kuntratt ta’ Marc Guehi li qed jidħol fl-aħħar sena tiegħu, Palace jistennew interess fil-captain tagħhom u diġà bdew jevalwaw sostituti potenzjali. Diomande għandu kuntratt sal-2026, u kull ftehim mistenni jkun bi spejjeż ta’ aktar minn £45 miljun għal Palace.

Diomande għandu 21 sena u hu mill-Kosta tal-Avorju filwaqt li lagħab 70 logħba ma’ Sporting Lisbon u skorja ħames gowls.