Real Madrid ftiehmu ma’ River Plate sabiex jiksbu s-servizzi ta’ Franco Mastantuono għall-istaġun li ġej. It-tim mill-belt kapitali Spanjola se jkun qed joffri lil dan il-ġojjell żagħżugħ kuntratt sa Ġunju 2031 filwaqt li se jixtruh għal 45 miljun dollaru Amerikan.
Min-naħa tagħhom, River Plate se jkollhom jaċċettaw din l-offerta għax ma jixtiqux itellfuh iċ-ċans sabiex jilgħab ma’ wieħed mill-klabbs glorjużi fl-Ewropa għalkemm talbu lil Real Madrid sabiex għat-tazza tad-dinja tal-klabbs jilgħab magħhom.