Monday, June 9, 2025

Iżrael jarresta lill-attivisti ta’ Madleen

Aqra wkoll

L-aħħar rapporti dwar il-persuni abbord il-bastiment Madleen qegħdin jgħidu li Iżrael arrestaw lill-attivisti u se jkun qegħdin jinżammu fil-ħabs ta’ Givon.

Skont rapport fuq il-ġurnal Iżraelit, il-membri kollha ta’ Flotilla fosthom hemm Greta Thunberg u anke Membru Paralemtari Ewropew se jkunu qegħdin jinżammu f’dan il-ħabs f’ċelel differeni u iżolati.

Il-Ministru tas-Sigurtà Nazzjonali Itamar Ben Gvir ġie kkowtat jgħid li l-Gvern Iżraelit ħareġ ordni biex l-attivisti ma jkollhomx mezzi ta’ komunikazzjoni, fosthom mobiles, televiżjoni u anke radios. 

Intant il-BBC qiegħed jirraporta wkoll li l-President Franċiż Emmanuel Macron għamel talba lill-Gvern Iżraelit biex b’mod immedjat jibgħat lura lil Franċiżi li hemm miżmumin. 

Min-naħa tagħha t-Turkija kkundannat dak li seħħ u qal li dan l-attakk sar fuq bastiment li kien qiegħed ibaħħar f’ibħra internazzjonali.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport