Sunday, December 22, 2024

Covid-19: 16-il każ ġdid u jfiqu disa’ persuni

Aqra wkoll

L-awtoritajiet tas-saħħa qalu li fl-aħħar 24 siegħa feġġew 16-il każ ġdid ta’ Covid-19 mentri kien hemm disa’ persuni oħra li fiequ mill-virus. Dan ifisser li t-total ta’ każi attivi issa huma 215. 

L-ammont ta’ mwiet baqa’ 461 wara li bejn ilbieraħ u llum ma kienet irreġistrat l-ebda mewt relatata mal-Covid-19. 

Bħalissa hemm għaxar pazjenti rikoverati l-Isptar minħabba l-Covid-19 li minnhom erbgħa li jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.

Sas-Sibt filgħaxija kienu ngħataw 878,722 doża tal-vaċċin kontra l-Covid-19 li minnhom 51,932 kienu dożi tal-booster.

Ekonomija

Sport