Saturday, December 21, 2024

Covid-19: 203 każi ġodda, tmut anzjana oħra

Aqra wkoll

L-awtoritajiet tas-saħħa qalu li bejn is-Sibt u l-Ħadd feġġew 203 każi ġodda ta’ Covid-19 filwaqt li kien hemm 90 oħra li kienu dikjarati bħala li fiequ mill-virus. B’hekk it-total ta’ każi attivi żdiedu għal 2,356.

It-total tal-imwiet relatati mal-pandemija telgħu għal 622 wara li fl-aħħar sigħat mietet anzjana ta’ 96 sena waqt li kienet pożittiva għall-virus. 

Fl-Isptar Mater Dei hemm 55 persuna li qed jingħataw il-kura minħabba l-virus b’persuna minnhom jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva. 

Sas-Sibt filgħaxija kienu ngħataw 1,252,615 dożi tal-vaċċin kontra l-Covid-19 li minnhom 348,307 kienu dożi tal-booster.

Ekonomija

Sport