Tuesday, May 14, 2024

Irrapurtat makkinarju li ostakola tliet spazji ta’ parkeġġ riservati għad-diżabbli

Aqra wkoll

Is-Sindku tas-Siġġiewi Dominic Grech ikkonferma li daħħal rapport għand il-Pulizzija dwar makkinarju tal-kostruzzjoni li ġie pparkjat negliġibbilment fi spazji ta’ parkeġġ li huma riservati għal Persuni b’Diżabbilta’ f’Għar Lapsi.

Is-Sindku qal li dan hu abbuż sfaċċat u nuqqas ta’ sensibbilta’ għal dawk ta’ madwarna u jeħtieġ li nipprattikaw verament l-ugwaljanza bil-fatti.

Aktar qabel xi persuni lmentaw minn din l-irresponsabbiltà minħabba li b’mod “sfaċċat”, dan il-makkinarju tħalla jostakola tliet spazji riservati għal dawk b’diżabbiltà.

Sport