Saturday, December 28, 2024

Covid-19: 37 każ ġdid u jfiqu 49; imut anzjan

Aqra wkoll

Minn total ta’ 2,601 swab tests li saru fl-aħħar 24 siegħa feġġew 37 każ ġdid ta’ Covid-19. Fl-istess waqt kien hemm 49 persuna ddikjarati mfejqa fl-aħħar 24 siegħa. B’dan il-mod, il-każi attivi niżlu għal 710.

L-awtoritajiet tas-saħħa qalu wkoll li hemm 29 pazjent li huma pożittivi u li bħalissa qed jingħataw il-kura fl-Isptar Mater Dei. Minn dawn, hemm żewġ pazjenti li jinsabu fl-ITU.

It-total ta’ mwiet issa huwa 445 hekk kif fl-aħħar 24 siegħa miet anzjan ta’ 77 sena waqt li kien pożittiv bil-virus.

Dwar l-għoti tat-tilqim kontra l-Covid-19, l-awtoritajiet tas-saħħa qalu li sal-bieraħ ngħataw total ta’ 799,214 doża. Minn dawn 415,254 ħadu l-ewwel doża filwaqt li 413,844 persuna huma mlaqqma kompletament.

Ekonomija

Sport